L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni tixtieq tinforma li mill-1 ta’ Awwissu 2024, il- Ċertifikati ta’ Tlestija Finali kollha sottomessi mill-Perit inkarigat iridu jkunu akkumpanjati minn evidenza fotografika li turi li x-xogħlijiet strutturali kollha huma lesti u l-bini huwa ssiġillat kontra d-dħul tal-ilma. L-Awtorità tenfasizza li l-użu ta’ materjal temporanju biex jingħalqu l-aperturi mhux se jiġi aċċettat u l- Ċertifikati ta’ Tlestija Finali jiġi aċċettat biss jekk l-evidenza fotografika turi li hemm installati bibien u twieqi permanenti.
Ċertifikati ta’ Tlestija Finali
