Aħbarijiet

Dikjarazzjoni tal-Kopertura tal-Assigurazzjoni
B’referenza għall-pubblikazzjoni tal-Avviż legali 38/2024 fuq il-Gazzetta tal-Gvern 21,198 fis-27 ta’ Frar, 2024, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tixtieq tgħarraf illi l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni issa jinsab biex jitniżżel mis-sit elettroniku tal-BCA.

Emendi għal-leġiżlazzjoni attwali biex jissaħħaħ l-obbligu ta’ obbligazzjoni u assigurazzjoni f’siti ta’ kostruzzjoni fl-interess ta’ partijiet terzi u impjegati
Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fiS-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, Jesmond Muscat, ippreżentaw numru ta’ emendi leġiżlattivi li jitrattaw diversi avviżi legali relatati mal-Att dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA).

Pubblikazzjoni tar-Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (Emenda)
Ir-Regolamenti tal-2023 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (Emenda), li ġew ippubblikati fit-22 ta’ Diċembru 2023 parzjalment ifittxu li jipprovdu ċarezza u dettall addizzjonali għal aspetti speċifiċi deskritti fir-Regolamenti dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (L.S. 623.01).
