Politika tal-Komunikazzjoni

Messaġġi elettroniċi, inkluża l-posta elettronika (e-mail) jistgħu jkun fihom informazzjoni kunfidenzjali maħsuba biss għall-individwi msemmija fil-komunikazzjonijiet. Jekk m’intix ir-riċevitur maħsub m’għandekx xxerred, tqassam jew tikkopja l-kontenut ta’ messaġġi elettroniċi u tal-e-mail. Jekk irċevejt messaġġi jew komunikazzjonijiet elettroniċi bi żball, jekk jogħġbok avża lill-mittent immedjatament u qered b’mod permanenti kemm il-messaġġ kif ukoll il-kontenut tiegħu. Is-sigurtà, l-affidabbiltà tal-kunsinna u l-integrità tat-trażmissjoni tal-e-mail u l-komunikazzjoni elettronika ma jistgħux jiġu garantiti peress li l-informazzjoni tista’ tiġi modifikata waqt it-transitu jew tista’ tinkludi viruses. Kwalunkwe fehmiet jew opinjonijiet ippreżentati fl-e-mails u l-komunikazzjonijiet elettroniċi huma biss dawk tal-awtur u mhux neċessarjament jirrappreżentaw dawk tal-Entità safejn permess mil-liġi, l-Entità mhux se taċċetta xi responsabbiltà li tirriżulta minn komunikazzjoni elettronika.