Liċenzja tal-Kuntrattur
Biex tapplika għall-ewwel fażi tal-liċenzja tal-kuntrattur, uża din l-applikazzjoni onlajn billi ssegwi l-erba’ passi t’hawn taħt. Ipprepara d-dokumenti t’hawn taħt qabel ma tibda:
Individwali
- Kopja tal-karta tal-identità jew passaport
- Ċertifikat tal-kondotta maħruġ fl-aħħar xahrejn
- Dikjarazzjoni ffirmata mill-individwu li turi li mhuwiex fallut (ipprovduta fuq l-applikazzjoni online)
Kumpanija
- Kopja tal-karta tal-identità jew passaport tal-amministratur
- Ċertifikat tal-kondotta tal-amministratur maħruġ fl-aħħar xahrejn
- Dikjarazzjoni ffirmata mill-amministratur li turi li l-kumpanija mhijiex falluta (ipprovduta fuq l-applikazzjoni onlajn)
- Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija
- Dokument li jipprova l-pożizzjoni tal-amministraturi fi ħdan il-kumpanija
- Ir-riżoluzzjoni tal-bord tad-diretturi li tawtorizza lill-amministratur biex jirrappreżenta lill-kumpanija (fejn applikabbli)
